Winning entries could not be determined in this language pair.There were 5 entries submitted in this pair during the submission phase. Not enough votes were submitted by peers for a winning entry to be determined.Competition in this pair is now closed. |
Tema attwali, tal-inqas fid-dinja żviluppata, hija dik li n-nies huma mixtieqa mis-silenzju iżda ma jistgħux isibuh. Id-damdim tat-traffiku, il-ħsejjes tat-telefons idoqqu bla waqfien, vuċijiet elettroniċi fuq karozzi tal-linja u trejns, il-volum għoli tat-televixins anke ġewwa uffiċini vojta, huma bumbardament u distrazzjoni li ma jaqtgħu xejn. Ir-razza umana qed iċċedi lilha nnifisha bl-istorbju iżda qed tixxennaq għall-oppost - kemm jekk hu fil-ġungla, fil-beraħ tal-oċean jew ġo xi mkien għall-kwiet iddedikat għall-ħemda u l-konċentrazzjoni. Alain Corbin, professur tal-istorja, jikteb minn rifuġju li għandu fis-Sorbonne, u Erling Kagge, esploratur Norveġiż, mill-memorji li għandu tad-deżert Antartiku, fejn it-tnejn li huma ppruvaw jaħarbu. Madankollu, kif jargumenta s-sur Corbin fil-ktieb "A History of Silence", huwa probabbli li llum ma hawnx aktar storbju milli qatt kien hawn qabel. Qabel ma ġew it-tajers pnewmatiċi, it-toroq tal-ibliet kienu mimlija bit-tisbit itarrax tar-roti miksija b'rimijiet tal-ħadid u n-ngħal taż-żwiemel fuq iċ-ċangatura. Qabel ma ġiet l-iżolazzjoni volontarja fuq it-telefons ċellulari, ix-xarabanks u t-trejns kienu jirbumbjaw bit-tlablib tan-nies. Dawk li kienu jbigħu l-gazzetti, ma kienux iħallu l-merkanzija tagħhom f'gozz mutu fl-art, iżda kienu jirreklamawha b'ħanxra daqshiex, bħal ma kienu jagħmlu l-bejjiegħa taċ-ċirasa, il-fjuri u l-kavalli friski. Ir-rappreżentazzjonijiet teatrali u operistiċi kienu agħa sħiħa ta' approvazzjoni u tmaqdir. Anke fil-kampanja, il-gabillotti kienu jkantaw waqt xogħolhom. Illum m'għadhomx ikantaw. Dak li nbidel mhux daqstant marbut mal-livell tal-istorbju, li fis-sekli li għaddew kienu wkoll igergru minnu, imma l-livell ta' distrazzjoni, li jokkupa t-territorju li s-silenzju jista' jinvadi. Hawnhekk iqum paradoss ieħor, għax meta fil-fatt dan jinvadi - fil-qalba ta' xi foresta tas-siġar tal-arżnu, fid-deżert egħri, ġewwa kamra li f'daqqa waħda sfat vojta - ħafna drabi dan jinħass bħala ansjetà aktar milli jiġi milqugħ. Il-biża' tibda taħkem; il-widna istintivament tieqaf fuq kwalunkwè ħoss, kemm jekk it-tbaskit tan-nar jew xi tisfira ta' xi għasfur jew tħaxwix tal-weraq, li jista' jsalvaha minn dan il-baħħ stramb. In-nies iridu s-silenzju, imma mhux daqshekk. | Entry #22826 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Sinjal ta’ żmienna, għallinqas fid-dinja żviluppata, huwa li n-nies tixxennaq għas-skiet u ma tistax issibu. L-istorbju tat-traffiku, il-ħsejjes bla waqfien tal-mowbajls, avviżi diġitali mxandra fuq tal-linja u l-ferrovija, settijiet tat-televiżjoni jagħtu anke f’uffiċini vojta, jiffurmaw assalt u aljenazzjoni bla tmiem. L-umanità qed tinfena bl-istorbju u ħerqana għall-kuntrarju – forsi fil-kampanja, fuq il-baħar wiesa’ jew f’xi rtir dedikat għas-silenzju u l-meditazzjoni. Alain Corbin, professur tal-istorja, ifassal kitbietu mir-rifuġju tiegħu fis-Sorbonne, waqt li Erling Kagge, esploratur Norveġiż, mit-tifkiriet tiegħu fil-wesgħat tal-Antarktika, il-postijiet fejn dawn it-tnejn ippruvaw jaħarbu. Iżda madankollu, kif Corbin jgħidilna fil-ktieb “A History of Silence”, x’aktarx li m’hemmx aktar storbju illum milli kien ikun hemm fil-passat. Qabel daħlu t-tajers tal-lastiku, it-triqat tal-ibliet kienu jkunu mimlijin bit-tisbit li jtarrax tar-roti miksijin bil-metall u tan-nagħal fuq il-ġebla. Qabel ma iżolajna ruħna bl-użu tal-mowbajls, il-karozzi tal-linja u t-trens kienu mimlijin bit-tpaċpiċ. Il-bejjiegħa tal-gazzetti ma kinux ihalluhom fil-kwiet fuq xulxin imma kienu jxandruhom b’vuċi għolja, kif kienu jagħmlu dawk li jbiegħu iċ-ċirasa, il-vjoli jew il-kavalli friski. It-teatru u l-opra kienu geġwiġija ta’ għajjat u tgħajjir. Anke fil-kampanja l-bdiewa kienu jkantaw waqt ix-xogħol monotonu tagħhom. M’għadhomx ikantaw issa. Dak li nbidel mhux daqshekk il-livell tal-istorbju, li kienu jgergru minnu anke fis-sekli ta’ qabel, imma il-livell tal-aljenazzjoni li jgħammar fi spazju fejn is-skiet jista’ jinvadi. Hawn jitfaċċa paradoss ieħor, għax meta tidħol il-ħemda – fin-nofs ta’ xi bosk tal-prinjol, f’xi deżert għeri jew f’xi kamra li għada kif tbattlet – x’aktarx li aktar niddejqu milli nieħdu gost biha. Tibda dieħla l-biża’; il-widna bla ma trid tiffoka fuq kwalunkwe ħoss – it-tfaqqiegħ tan-nar, xi għajta ta’ għasfur jew it-tħaxwix tal-weraq – li jista’ jsalvha minn dan il-vojt misterjuż. In-nies tridu s-skiet, imma mhux daqshekk. | Entry #22351 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Tema taż-żminijiet, għall-inqas fid-dinja żviluppata, hija li n-nies huma mxennqa għas-silenzju iżda ma jsibuhx. Il-ħsejjes tat-traffiku, il-ħoss ma jaqta’ qatt tal-mobajls, avviżi diġitali fuq il-karozzi tal-linja u l-ferroviji, televixins mixgħulin anke f’uffiċċji vojta, huma baraxx u distrazzjoni kontinwa. Il-bnedmin qed jeżawru lilhom infushom bil-ħsejjes waqt li jixtiequ l-oppost—kemm jekk hu fis-selvaġġ, fuq il-baħar miftuħ jew f’xi rtir iddedikat għall-kwiet u l-konċentrazjoni. Alain Corbin, professur tal-istorja, jikteb dwar ir-refuġju tiegħu fis-Sorbonne, u Erling Kagge, esploratur Norveġiz, dwar il-memorji tiegħu fil-bux tal-Antarktika, lil fejn it-tnejn ippruvaw jaħarbu. Minkejja dan, kif isemmi s-Sur Corbin f’"A History of Silence", m’hawnx aktar ħsejjes issa, milli kien hemm qabel. Qabel it-tajers pnewmatiċi, it-toroq tal-bliet kienu jkunu mimlija bil-ħsejjes ta’ roti bir-rimmijiet tal-metall u n-nagħal taż-żwiemel jaħbtu fuq il-ġebel. Qabel l-iżolament volontarju fuq il-mobajl, kont tisma’ konverżazzjonijiet jidwu fuq il-karozzi tal-linja u l-ferroviji. Il-bejjiegħa tal-gazzetti ma kenux iħallu l-biegħa tagħhom f’munzell sieket, iżda kienu jirreklamawhom b’vuċi għolja, kif kienu jagħmlu l-bejjiegħa taċ-ċirasa, tal-fjuri u tal-kavalli friski. It-teatru u l-opra kienu kaos ta' għajjat. Anke fil-kampanja, il-bdiewa kienu jkantjaw waqt ix-xogħol iebes tagħhom. Issa ma jkantawx. Li nbidel mhuwiex daqstant il-livell tal-ħsejjes, li kienu jilmentaw minnhom anke fis-sekli preċedenti, iżda l-livell ta' distrazzjoni, li jokkupa l-ispazju li s-silenzju jista' jinvadi. Qed niffaċċjaw paradoss ieħor, għaliex meta jinvadi—fil-qalba ta' foresta tal-arżnu, fid-deżert għeri, f'kamra battala f'daqqa—ħafna drabi jaħsdek aktar milli jagħtik gost. Il-biża’ tidħol bil-mod; il-widna insintivament tisma’ l-iċken ħoss, kemm jekk huwa l-ħoss ta’ nar qed jaqbad jew sejħa ta’ għasfur jew it-tmellis tal-weraq, li jsalvak minn dan il-vojt mhux magħruf. In-nies iridu s-silenzju, imma mhux iżżejjed. | Entry #23000 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Suġġett kurrenti, tal-inqas fid-dinja żviluppata, hu li n-nies hi mxennqa mis-silenzju però ma tistax issibu. Il-ħoss qawwi tat-traffiku, id-daqq bla waqfien tal-telefon, avviżi diġitali fil-karozzi tal-linja u trejns, settijiet tat-televiżjoni anki f’uffiċji vojta, huma batteriji u aljenazzjoni li ma jieqfu qatt. Il-bniedem qed jeżawrixxi ruħu bl-istorbju u qed jixxennaq għal oppost – sew jekk fir-reġjuni remoti kif ukoll jekk fil-baħar oċean jew f’xi post imbiegħed apposta għal kwiet u konċentrazzjoni. Alain Corbin, professur tal-istorja, jikteb mir-refuġju tiegħu ġos-Sorbonne, u Erling Kagge, esploratur Norveġiż, mill-memorji tiegħu tal-art mhux maħduma tal-antartika fejn it-tnejn li huma ppruvaw jaħarbu. U minkejja dan, kif propju Corbin jindika ġo “Storja ta’ Silenzju”, probabbli m’hemmx iktar storbju milli kien ikun hemm qabel. Qabel tajers pnewmatiċi, it-toroq tal-ibliet kienu mimlija bil-ħoss metalliku li jtarrxek tar-roti bir-rimm tal-metall u ngħal fuq il-ġebel. Qabel iżolament volontarju bil-mobajls, karozzi tal-linja u trejns kienu jdamdmu bil-konversazzjoni. Il-bejjiegħa tal-gazzetti ma kinux iħallu l-oġġetti għal bejgħ tagħhom mazz kwiet imma kienu jxandruhom bl-iktar leħen għoli eżatt bħal bejjiegħa taċ-ċirasa, pjanti kulur vjola u kavalli friski. It-teatru u l-opera kienu kaos sħiħ bl- evviva u ċapċip storbuż. Anki fil-kampanja, ir-raħħala kantaw waqt li strapazzaw ruħhom. Imma issa ma jkantawx iżjed! Ma nbidilx daqstant il-livell tal-ħoss li kienu jgergru għalih sekli qabel imma l-livell t’aljenazzjoni li jokkupa l-ispazju li s-silenzju jista’ jinvadi. U paradossa oħra tfaċċat fuq l-orizzont għax meta jinvadi - qalb il-foresta tal-prinjoli, ġo deżert għeri, ġo kamra li tbattlet f’daqqa -ta’ spiss tħossu jneħħilek il-kuraġġ minflokk ikollok aptit tagħtih merħba. Tkexkix jaqbdek; il-widna istintivament tiggranfa ma’ xi ħaġa sew jekk ikun iz-zekzik tan-nar jew għajta ta’ xi għasfur jew sussurru ta’ weraq li jsalvaha minn dan il-vojt mhux magħruf. In-nies iridu s-silenzju imma mhux daqstant. | Entry #23680 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Tema ta' dawn iż-żminijiet, tal-inqas f'dinja żviluppata, hija l-karba tan-nies għall-kwiet li ma jista' jsib imkien. L-istorjbu tat-traffiku, iċ-ċempil bla waqfien tat-telefons, it-tħabbir diġitali fil-karozzi tal-linja u trenijiet, settijiet ta' televiżjoni mixgħula anke f'uffiċini vojta, huma ta' batterija u distrazzjoni li ma tieqaf qatt. Ir-razza umana qed teżawrixxi ruħha bl-istorbju u tinsab imxenqa għall-oppost - jekk hux fis-salvaġġ, f'oċean wiesa' jew f'xi kenn fejn hemm il-kalma u l-konċentrazzjoni. Alain Corbin, professur tal-Istorja, jikteb mir-refuġju tiegħu ġewwa Sorbonne, u Erling Kagge, esploratur Norveġiż, mit-tifkiriet tiegħu fil-wesgħat tal-Antartika, fejn it-tnejn li huma pprovuw jaħarbu. Madankollu, kif is-Sur Corbin juri f'"A History of Silence", probabbilment m'hemmx aktar storbju minn qabel. Qabel it-tajers pnewmatiċi, it-toroq tal-ibliet kienu mimlijin mill-ħsejjes tarraxa tar-rimmijiet tal-ħadid tar-roti u n-nagħal taż-żwiemel fuq il-ġebel. Qabel l-iżolament volontarju tal-mowbajls, karozzi tal-linja u trenijiet iċemplu bil-konversazzjoni. Il-bejjiegħa tal-gazzetti ma kinux iħallu l-imkejjen tagħhom fil-kwiet, imma kienu jgħajtu biex jirreklamaw ruħhom bl-aktar vuċi għolja, l-istess kif kienu jagħmlu l-bejjiegħa taċ-ċirasa, tal-fjuri u tal-makkarell frisk. It-teatri u l-opera kienu kaos ta' storbju. Anke fil-kampanja, ir-raħħala kienu jgħannu tul il-ħidma tagħhom. Illum m'għadhomx jgħannu. Li nbidel mhux essaġġ il-livell ta' storbju, li s-sekli li għaddew ukoll gergru fuqu, imma l-livell ta' distruzzjoni, li jokkupa l-ispazju li s-silenzju jista' jinvadi. Hawnhekk insibu paradoss ieħor, għaliex meta s-silenzju jinvadi- ġewwa l-qalba tal-foresta, fid-deżert għarwien, f'kamra li svutjat - aktarx li joħloq ostilita' milli jagħti merħba.Jidħol il-waħx, il-widnejn instintivament issir aktar sensittiva, kemm għal tpespisa ta' għasfur jew it-tħaxwix tal-weraq, li jokkuppaw mill-baħħ misterjuż. In-nies iridu s-silenzju, imma mhux daqstant. | Entry #22738 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|